Barcelona qed iħejju offerta uffiċjali għall-attakkant ta’ Bayern Munich, Robert Lewandowski.
Il-player internazzjonali tal-Polonja għamilha ċara li jrid iħalli l-Allianz Arena matul is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf, u Barcelona jibqgħu l-favoriti għall-firma tiegħu minkejja interess minn clubs oħra.
Manchester United, Chelsea u Paris Saint-Germain jingħad li huma kollha ħerqana għall-attakkant, iżda l-preferenza tiegħu hija li jingħaqad mal-ġganti Katalani għall-istaġun 2022-23.