Kif inhu fatt magħruf, Barcelona għaddejjin minn problemi finanzjarji kbar tant li jinsabu f’riskju li ma jkunux jistgħu jużaw lil Dani Olmo u Pau Victor minħabba xi problemi relatati mal-Fair Play Finanzjarju.
Kollox beda fis-sajf li għadda meta ż-żewġ plejers kellhom jingħaqdu mal-Blaugrana iżda għal xi raġuni jew oħra, bejgħ li kellu jsir lil xi fondi tal-Qatar għal xi stands tal-VIP li kienu riservati għal xi nies mill-Qatar ma seħħx. Dan ġab turbulenzi kbar fost il-Katalani li għadhom qed jissieltu biex jeħilsu mill-problemi finanzjarji.
Sadanittant se jkun hemm tentattiv ieħor mill-ogħla awtoritajiet ta’ Barcelona sabiex ikun hemm titjib finanzjarju li jwassal għal iktar stabbilta’.