Tuesday, November 26, 2024

Barcelona jiċħdu li laħqu ftehim ma’ Robert Lewandowski

Aqra wkoll

Id-Direttur tal-Football ta’ Barcelona, Mateu Alemany, ċaħad li l-club laħaq ftehim fis-seħħ għat-trasferiment ta’ Robert Lewandowski ta’ Bayern Munich.

L-attakkant Pollakk jinsab taħt kuntratt fil-Bavarja sa Ġunju 2023, iżda wara li s’issa rrifjuta li jestendi l-kuntratt tiegħu, qamet spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu fil-Ġermanja.

Bi ftehim potenzjali għal Erling Braut Haaland ta’ Borussia Dortmund mistenni jkun diffiċli li jintlaħaq, qed jiġi rrappurtat b’mod wiesa’ li Barcelona qed isegwu s-sitwazzjoni ta’ Lewandowski bħala alternattiva potenzjali minflok.

Ċerti rapporti ssuġġerew li l-player ta’ 33 sena saħansitra qabel rigward termini mal-club Katalan qabel mossa potenzjali fis-sajf, iżda l-coach ta’ Barcelona ċaħad dawk ir-rapporti.

Il-pożizzjoni ta’ Bayern tibqa’ dik li Lewandowski se jibqa’ magħhom fl-istaġun li ġej, ma’ liema club huwa diġá skorja 47 goal matul dan l-istaġun.

Sport