Barcelona komplew jattiraw l-attenzjoni fuqhom … din id-darba fil-ground hekk kif lagħbu l-ewwel partita tal-kampjonat.
Iżda huma ddiżappuntaw meta setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals f’darhom kontra Rayo Vallecano.
Fil-veritá, l-akkwist il-ġdid Robert Lewandowski sab ix-xibka avversarja fit-12-il minuta iżda ġie ġġudikat f’pożizzjoni ta’ offside.
Minbarra l-attakkant Pollakk, lagħbu wkoll iż-żewġ l-akkwisti l-oħra, Raphinha u Andreas Christensen filwaqt l Franck Kessie ma kienx fl-iskwadra.
Min-naħa tal-akkwist il-ġdid l-ieħor, Jules Kounde ma ġiex reġistrat u għaldaqstant l-istaġun tiegħu huwa mitmum qabel ma beda.