Hekk kif Sergio Busquets telaq lil Barcelona wara perjodu kbir mal-klabb, id-diriġenti Katalani qed ifittxu sostitut denju għalih li preferibilment ikun żagħżugħ. L-għażla tidher li marret fuq il-plejer ta’ nofs il-grawnd Brażiljan Andrey Santos. Dan il-plejer għandu 19-il sena u għadu kemm ġie akkwistat minn Chelsea f’Jannar li għadda. Hu kellu wirjiet tajbin ħafna ma’ Vasco da Gama u dan kollu għen sabiex il-profil tiegħu jkompli jikber dejjem aktar.
Il-kowċ ta’ Chelsea jaf ikun irid iżomm lil dan il-plejer u jiddiżappunta lil Barcelona li tant iriduh.