Tuesday, December 24, 2024

Barcelona jinsabu f’aktar inkwiet

Aqra wkoll

Bħalissa Barcelona jinsabu f’perjodu maġiku fil-ground hekk kif jinsabu fil-quċċata ta’ La Liga b’sitt punti vantaġġ fuq ir-rivali eterni, Real Madrida, li fi tmiem il-ġimgħa li għadda umiljawhom bl-iskor ta’ 4-0, fi Stadio Bernabeu. 

Iżda għal darb’oħra jinsabu fl-inkwiet mal-ġustizzja, hekk kif issoktat l-investigazzjoni dwar il-pagamenti tagħhom lill-eks viċi-president tal-Kumitat tar-Referees, Jose Ma­ria Enriquez Negreira. 

Il-Katalani ħallsu €7.5 miljuni lil żewġ kumpaniji, proprjetà ta’ Negreira fuq 17-il sena, għal allegati miżati ta’ konsulenza, iżda l-infurzar tal-liġi s’issa ma setgħux jivverifikaw is-servizzi offruti jew isibu fejn marru l-flus. 

Il-pulizija qed tinvestiga €180,000 li tħallsu lil kumpanija oħra, proprjetà immobbli Best Norton SL.

Iżda Barcelona qed isostnu li ma għandhomx tweġiba kif u għaliex saru l-ħlasijiet. 

Ekonomija

Sport