Saturday, September 7, 2024

Barcelona jinsistu fuq Nico Williams

Aqra wkoll

Barcelona iridu b’saħħa lill-winger internazzjonali Spanjol rebbieħ ta’ EURO 2024 Nico Williams. Dan tal-aħħar spikka ferm fl-aħħar kompetizzjoni Ewropea fejn kien determinanti għat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu.

Il-klabb tiegħu Athletic Bilbao lesti li jċeduh għalkemm iridu €58 miljun għalih. Williams jixtieq isib fil-Katalunja lil Lamin Yamal li miegħu għandu ftehim enormi fil-grawnd.

Williams għandu 22 sena u ma’ Athletic Bilbao lagħab 103 partiti u skorja 11-il gowl.

Ekonomija

Sport