Friday, September 20, 2024

Barcelona jippjanaw li jagħmlu offerta għad-difensur Javi Galan

Aqra wkoll

Barcelona qed jippjanaw li jagħmlu offerta għad-difensur ta’ Celta Vigo, Javi Galan, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Il-player ta’ 27 sena ingħaqad ma’ Celta mingħand Huesca fis-sajf li għadda u kien f’forma qawwija għalihom matul l-istaġun 2021-22, u pprovda tliet assists f’31 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Galan għad fadallu aktar minn erba’ snin fil-kuntratt tiegħu ma’ Celta Vigo, iżda Barcelona se jippruvaw jiffirmaw lill-player Spanjol fis-suq li ġej.

Huwa mifhum li l-ġganti Katalani jqisuh bħala l-plejer ideali biex jikkompeti ma’ Jordi Alba għar-rwol ta’ difensur xellugi fil-Camp Nou matul l-istaġun li ġej.

Jidher li Barcelona jinsabu impressjonati bil-‘veloċità u s-saħħa’ ta’ Galan u se jiftħu taħditiet ma’ Celta ladarba jintemm l-istaġun 2021-22.

Alex Grimaldo ta’ Benfica u Alex Moreno ta’ Real Betis huma maħsuba li huma alternattivi għal Galan dan is-sajf.

Alba jibqa’ player ewlieni għal Barcelona, ​​fejn għamel 34 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun, fejn skorja żewġ goals u pprovda disa’ assists fil-proċess, iżda dan l-aħħar għalaq 33 sena u kellu problemi ta’ injury matul dan l-istaġun.

Sport