Barcelona huma lesti li jagħmlu l-ewwel pass u jippruvaw jilħqu ftehim ma’ Atletico Madrid fuq il-bażi ta’ self ta’ Antoine Griezmann. Dan il-plejer ta’ 31 sena huwa misluf mal-Colchoneros għal żewġ staġuni u peress li bħalissa hu qed jilgħab regolari magħhom, il-ftehim kien li Barcellona jistgħu jkun il-każ li jħallsu s-somma ta’ €40 miljun bħala dak li bit-Taljan jgħidulu “diritto di riscatto.”
Minkejja kollox, it-team mill-Katalunja qed jaħseb sabiex jitlob lil dak mill-belt kapitali Spanjola sabiex inaqqsu din iċ-ċifra għal €25 miljun.
Barcellona kellhom problemi finanzjarji f’dawn l-aħħar xhur speċjalment wara li faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19.