Friday, November 15, 2024

Barcelona jirbħu … iżda Gerard Pique jitkeċċa ….

Aqra wkoll

Barcelona kellhom jitħabtu biex barra minn darhom għelbu lil Osasuna bl-iskor ta’ 2-1 hekk kif lagħbu bi player inqas għal siegħa sħiħa meta tkeċċa Robert Lewandowski, fit-30 minuta, wara li ġie muri t-tieni karta safra. 

Iżda l-aħbar mhux din kienet … hekk kif fl-aħħar logħba tiegħu, Gerard Pique, tkeċċa minn fuq il-bank wara protesti ħorox. 

Wara li nhar is-Sibt li għadda huwa ta l-addio b’mod mill-aktar emozzjonanti lill-paritarji Katalani fin-Nou Camp, Pique ġie msejjaħ bħala sostitut kontra Osasuna f’dik li kienet l-aħħar logħba tiegħu. 

Iżda wara li tkeċċa Lewandowski u Osasuna fetħu l-iskor minn azzjoni li bdiet minn foul favur Barcelona li iżda ma ngħatax, Pique qam jipprotesta bil-qawwa kollha mar-referee Gil Manzano. Dak il-ħin, l-uffiċjal tal-logħba ħareġ il-karta l-ħamra biex il-karriera ta’ Pique ntemmet b’nota negattiva. 

Intant, Barcelona dawru telfa f’rebħa bil-goals jaslu minn Pedri (48) u Raphinha (85) biex żammew iż-żewġ punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika. 

Ekonomija

Sport