Huwa mifhum li Barcelona jistgħu jerġgħu jiffirmaw lil Lionel Messi bi free transfer fl-2023, jekk l-attakkant jiddeċiedi li ma jiffirmax kuntratt ġdid ma’ Paris Saint-Germain.
Il-player ta’ 34 sena ħalla lil Barcelona bi free transfer fis-sajf li għadda minħabba l-problemi finanzjarji tal-grupp Katalan, u fl-aħħar mill-aħħar iffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ PSG.
Messi temm l-istaġun 2021-22 bi 11-il goal u 14-il assist f’34 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, iżda sab ix-xibka f’sitt okkażjonijiet biss fil-Ligue 1 u ffaċċja kritika għall-wirjiet tiegħu.