Sunday, December 22, 2024

Barcelona jistgħu jitkeċċew mill-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Barcelona jistgħu jintlaqtu b’multi sinifikanti u jistgħu saħansitra jiġu mkeċċija miċ-Champions League talli naqsu milli jaderixxu mar-regolamenti finanzjarji tal-UEFA.

Il-Blaugrana għaddew għall-fażijiet tan-knock-out tal-kompetizzjoni ta’ din is-sena wara li reb­ħu l-grupp tagħhom quddiem Porto, Shakhtar Donetsk u Royal Antwerp.

Iċ-champions ta’ La Liga ttellgħu kontra Napoli fir-Round tal-Aħħar 16, iżda l-parteċipazzjoni kontinwa tagħhom fit-tournament tista’ tkun fil-periklu.

Il-Katalani jistgħu jiġu esklużi miċ-Champions League għall-istaġun 2024-25 minħabba nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti finanzjarji tal- UEFA, li jeħtieġu li l-clubs jiżguraw bilanċ bejn l-ispejjeż u d-dħul.

Ekonomija

Sport