Sunday, November 24, 2024

Barcelona jixħtu ħarsithom fuq Erik Lamela

Aqra wkoll

Barcelona xeħtu ħarsithom fuq l-iffirmar tal-winger ta’ Sevilla, Erik Lamela, fost interess minn żewġ clubs oħra tal-La Liga wkoll.

Il-player ta’ 30 sena tilef parti kbira minn dan l-istaġun minħabba injury f’ispalla, li ħallietu barra mill-azzjoni minn Novembru sa Marzu, iżda Lamela laħaq skorja ħames goals u żewġ assists f’16-il ħarġa tal-kampjonat.

Dawn l-ammonti huma l-aqwa tal-Arġentin mill-istaġun 2015-16, meta skorja wkoll ħames goals f’34 logħba tal-Premier League għal Tottenham Hotspur.

Huwa mifhum li Barcelona se jmorru jsegwu lil Lamela biex iżidu l-esperjenza fl-attakk man-naħa tagħhom, iżda l-Blaugrana se jiffaċċjaw kompetizzjoni għall-firma tiegħu minn Atletico Madrid u Valencia.

Id-destinazzjoni ta’ Lamela x’aktarx tiddependi minn liema mit-tliet clubs joffru l-aħjar kuntratt lil Sevilla, meta fadallu tliet snin kuntratt mat-team immexxi minn Julen Lopetegui li jżid il-valur tal-assi tiegħu.

Din is-sena kienet l-ewwel waħda ta’ Lamela ma’ Sevilla wara li ngħaqad magħhom mingħand Spurs fis-sajf li għadda, u kien se jżid l-esperjenza taċ-Champions League ma’ kwalunkwe club wara li għamel 23 dehra f’dik il-kompetizzjoni tul il-karriera tiegħu.

Sport