Wednesday, December 18, 2024

Barcelona jiżnu offerta għall-attakkant ta’ Real Madrid, Isco

Aqra wkoll

Barcelona qed jiżnu li jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Real Madrid, Isco.

Il-kuntratt tal-Ispanjol fil-Bernabeu għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u jidher improbabbli li se jkun qed jiffirma ftehim ġdid mal-leaders tal-La Liga.

Sevilla huma maħsuba li jinsabu fil-pole position għal dan il-player ta’ 29 sena, li skorja darbtejn f’14-il dehra għat-team ta’ Carlo Ancelotti matul l-istaġun 2021-22.

Madankollu, huwa mifhum li Barcelona qed iżommu wkoll ħarsithom mill-qrib fuq l-iżviluppi u jistgħu jagħmlu pass biex jiffirmaw lill-playmaker bi free transfer qabel l-istaġun 2022-23.

Isco għamel 350 dehra għal Los Blancos minn meta ngħaqad mal-Madrileni mingħand Malaga fl-2013, fejn skorja 53 goal u pprovda 56 assist fil-proċess.

L-Ispanjol rebaħ żewġ titli tal-La Liga, edizzjoni waħda tal-Copa del Rey u erba’ edizzjonijiet taċ-Champions League matul iż-żmien tiegħu f’Madrid.

Isco ma kienx regolari taħt il-gwida ta’ Ancelotti dan l-istaġun, u rnexxielu jiskorja goal wieħed biss fi 11-il dehra fil-La Liga, filwaqt li ilu ma jidher fil-kampjonat mill-bidu ta’ Frar li għadda.

Ekonomija

Sport