Barcelona għelbu lil Real Betis 2-1 barra minn darhom biex kabbru l-vantaġġ għal tmien punti fil-quċċata ta’ La Liga, iżda lagġbu logħba iktar minn Real Madrid.
Kien Raphinha li poġġa lil Barca minn fuq fil-65 minuta waqt li Robert Lewandowski rdoppja fit-80 minuta għall-14-il goal tiegħu dan l-istaġun.
Betis naqqsu l-marġni fil-85 minuta b’auto-goal ta’ Jules Kaunde, u wara t-tisfira finali William Carvalho ta’ Betis intwera l-karta l-ħamra talli lmenta mar-referee.