Friday, September 20, 2024

Barcelona jkabbru l-vantaġġ f’ras il-klassifika

Aqra wkoll

Barcelona kabbru l-vantaġġ f’ras il-klassifika tal-Kampjonat Spanjol għal 15-il punt meta għelbu barra minn darhom lil Elche bl-iskor kbir ta’ 4-0.

Il-protagonista ta’ din ir-rebħa kien l-attakkant Pollakk, Robert Lewandowksi, li bħal donnu reġa’ sab il-forma tiegħu fejn skorja doppjetta. 

Kien huwa li fetaħ l-iskor fl-20 minuta b’xutt minn pożizzjoni angolata.

Imbagħad il-Katalani skorjaw tliet goals mingħajr risposta minn Ansu Fati (56), Lewandowski (66) u Ferran Torres (70). 

Sport