Barcelona poġġew lid-difensur Samuel Umtiti fuq il-lista tat-trasferimenti.
Il-Franċiż tħabat b’injuries minn meta mar jilgħab fil-Camp Nou fl-2016 u għad irid jagħmel dehra għal Barcelona dan l-istaġun.
Eric Garcia, Ronald Araujo, Gerard Pique, Oscar Mingueza u Clement Lenglet kollha jiġu ppreferuti minn Umtiti fil-Katalunja.
B’Barcelona għadhom qed jitħabtu finanzjarjament, il-ġerarkija tal-club se tagħmel dak kollu li tista’ biex il-player ta’ 27 sena jħalli l-club f’Jannar.
Umtiti ġie offrut l-opportunità li jitlaq fis-sajf, b’Nice, Besiktas u Lazio kollha kienu ħerqana li jiffirmawh, iżda li d-difensur irrifjuta l-proposti tagħhom.
Madankollu, issa ġie ssuġġerit li Barcelona jistgħu saħansitra jtemmu l-kuntratt tiegħu jekk jirrifjuta li jsib club fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Umtiti għamel 132 dehra għal Barcelona, fejn rebaħ żewġ titli tal-La Liga u tliet edizzjonijiet tal-Copa del Rey.