Barcelona huma wieħed mill-erba’ clubs li qed jiġġieldu biex jiksbu l-firma tal-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Angel Di Maria.
Il-kuntratt tal-player ta’ 34 sena maċ-champions Franċiżi jiskadi fi tmiem l-istaġun, u huwa mistenni li jitlaq bi free transfer dan is-sajf minkejja l-għażla ta’ estensjoni ta’ 12-il xahar.
Di Maria tħabat biex jibda mal-ewwel 11 fil-Ligue 1 dan l-istaġun wara l-wasla tal-kompatrijott Lionel Messi, u jidher li mhux se jkun nieqes minn clubs interessati fih qabel l-istaġun 2022-23.
Huwa mifhum li Barcelona qed jikkompetu għall-firma tal-ex player ta’ Real Madrid, iżda se jiffaċċjaw kompetizzjoni iebsa biex jirbħu t-tellieqa għas-servizzi tiegħu.
Juventus, Atletico Madrid u Benfica – fejn qatta’ tliet snin bejn l-2007 u l-2010 qabel ma kiseb bidla għal Real Madrid – ġew mwissija wkoll dwar id-disponibbiltà ta’ Di Maria.
Di Maria skorja erba’ goals u pprovda seba’ assists f’27 dehra għat-team ta’ Mauricio Pochettino f’dan l-istaġun u rebaħ il-ħames titlu tiegħu tal-Ligue 1 mal-club is-Sibt filgħaxija.