Friday, November 15, 2024

Barcelona jridu jneħħu l-players veterani biex jibbilanċjaw il-kotba finanzjarji

Aqra wkoll

Minkejja l-kriżi kbira finanzjarja, fis-sajf li għadda Barcelona rnexxielhom jirreġistraw lill-akkwisti l-ġodda anke jekk xi wħud mill-membri tal-bord kellhom joħorġu l-flus mill-but tagħhom. 

Il-Blaugrana nefqu total ta’ €153 miljun dan is-sajf iżda rnexxielhom biss idaħħlu €35 miljun  biex ipattu għal din in-nefqa. Fil-kuntest tal-limiti tas-salarji ta‘ La Liga, huma xorta waħda baqagħlhom żbilanċ kbir finanzjarju.  

Għaldaqstant, huma qed jippjanaw biex fis-sajf li ġej ineħħu bosta players biex jibbilanċjaw il-kotba.  Għalkemm ma jridux idgħajfu l-iskwadra mmexxija mill-coach Xavi Hernandez huma jridu li jtejbu l-flessibbiltà finanzjarja.

Is-salarji  ta’ Sergio Busquets, Gerard Pique u Jordi Alba huma s-suġġett tad-diskussjoni ewlenija fil-club, hekk kif Barcelona mistennija jħallsu madwar €200 miljun matul iż-żewġ staġuni li ġejjin għal dawn il-players veterani tagħhom.

Il-prijoritá tal-club hija li jeħilsu minn dawn it-tliet players. Jew jaslu fi qbil biex jiġi tterminat il-kuntratt tagħhom jew inkella jsir il-bejgħ tagħhom. 

Ekonomija

Sport