Saturday, November 16, 2024

Barcelona jridu jżommu lil Dani Alves

Aqra wkoll

Barcelona qed jippjanaw li jattivaw estensjoni ta’ sena fil-kuntratt ta’ Dani Alves biex iżommuh mal-club sa tmiem l-istaġun 2022-23.

Il-player ta’ 38 sena rritorna fil-Camp Nou bi free transfer fl-aħħar stadji tas-sena li għaddiet u għamel 13-il dehra minn meta kien reġistrat fil-bidu tas-sena.

Il-kuntratt attwali ta’ Alves għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, iżda Barcelona għandhom l-għażla li jestendu l-ftehim sa Ġunju tal-2023.

Huwa mifhum li l-club Katalan qed jippjana li jżomm lill-Brażiljan għal sena oħra, bl-aġir tiegħu barra l-grawnd meqjus bħala wieħed ferm pożittiv mill-coach Xavi.

Jidher li Alves qed ikollu rwol fundamentali fid-dressing room ta’ Barcelona, b’numru ta’ players iżgħar fil-Camp Nou jfittxu lid-difensur ta’ esperjenza għall-gwida.

Ekonomija

Sport