Barcelona jridu jiftħu taħdidiet mad-difensur internazzjonali Spanjol, Gerard Pique, biex itemm il-kuntratt tiegħu magħhom hekk kif dan jiskadi f’Ġunju 2024.
Pique m’għadux il-player li kien fejn ingħata wkoll it-tort fl-aħħar goal ta’ Inter fid-draw ta’ 3-3 liema partita kienet valida mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League biex issa l-Katalani jinsabu f’xifer l-eliminazzjoni.
Iżda Pique, li għand 35 sena, sostna li huwa se jibqa’ sakemm jintemmlu l-kuntratt fejn huwa kostrett ukoll li joqgħod fuq il-bank tas-sostituti.