Barcelona qed ifittxu winger ġdid li jkun jista’ jaqdi l-metodu tattiku tal-kowċ Xavi. Id-diriġenti Blaugrana qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-winger Belġjan Thomas Meunier. Dan tal-aħħar għandu 31 sena u jinsab fuq il-kotba ta’ Borussia Dortmund. Is-sena 2023 ma tantx daħkitlu ħafna s’issa hekk kif lagħab biss żewġ logħbiet minħabba li kien imweġġa’.
It-tim mill-Katalunja iridu joqogħdu attenti mill-konkorrenza ta’ Inter u Juventus li wkoll jixtiequ jakkwistaw is-servizzi tiegħu.