Thursday, December 26, 2024

Barcelona jsegwu lil Mohamed Salah

Aqra wkoll

Barcelona qed isegwu s-sitwazzjoni tal-kuntratt ta’ Mohamed Salah ma’ Liverpool.

L-internazzjonali Eġizzjan reġa’ kien f’forma eċċellenti għar-Reds matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 28 goal u rreġistra 10 assists f’36 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Madankollu, il-kuntratt ta’ Salah f’Anfield għandu jiskadi f’Ġunju 2023, u l-ġganti minn Merseyside qed isibuha diffiċli biex jaslu għal ftehim mal-attakkant dwar estensjoni.

Liverpool mhumiex lesti li jissodisfaw it-talbiet tas-salarju tal-player ta’ 29 sena, u Juventus riċentement ġew akkreditati b’interess fis-servizzi tiegħu.

Huwa mifhum li Barcelona wkoll qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni u jistgħu jagħmlu offerta għall-Eġizzjan jekk tasal l-opportunità it-tajba matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Jidher li l-coach tal-club Katalan Xavi huwa determinat li jġib lil Salah fil-Camp Nou bħala parti mir-ri-strutturar tal-club, bit-team qed ifittex li jerġa’ lura fil-quċċata tal-football Ewropew għal darb’oħra.

L-ex player ta’ Basel u Roma skorja 153 goal u rreġistra 57 assist f’239 dehra għal Liverpool minn mindu ngħaqad mar-Reds mingħand Roma f’Lulju tal-2017.

Ekonomija

Sport