Barcelona qed isibuha diffiċli biex jaqblu dwar kuntratti ġodda ma’ bosta players ewlenin.
Il-club ilu jitħabat finanzjarjament fix-xhur li għaddew, u għamlu l-pożizzjoni tagħhom diffiċli fin-negozjati tal-kuntratti ma’ players li t-trattati attwali tagħhom se jispiċċaw is-sajf li ġej.
Sergi Roberto, Ansu Fati u Ousmane Dembele huma tlieta minn dawk il-players, b’Barcelona jinsabu ddisprati li jżommuhom fil-Camp Nou lil hinn minn dan l-istaġun.
Madankollu, it-taħdidiet kuntrattwali waqfu fl-aħħar ftit ġimgħat, li jfisser li l-club jirriskja li jitlef lil dawn it-tliet players bi free transfer.
Ix-xahar li għadda, il-president Joan Laporta qal “it-tiġdid ta’ Sergi Roberto ġie miftiehem u l-unika ħaġa nieqsa hija l-firma”, iżda ma kien hemm l-ebda żvilupp dwar dan sussegwntement.
Intant, Fati huwa meqjus bħala l-akbar sors ta’ tama ta’ Barcelona għall-futur, iżda l-aġent tiegħu Jorge Mendes se jimmira li jinnegozja l-aħjar ftehim possibbli għall-klijent tiegħu peress li jaf kemm hu ta’ valur iż-żagħżugħ għall-club.
Il-Winger Dembele ġie marbut ma’ trasferiment ma’ Manchester United u jkun liberu li jkellem lir-Red Devils f’Jannar jekk ma jkunx hemm qbil fuq kuntratt ġdid ma’ Barcelona.