Barcelona waqqfu n-negozjati kuntrattwali mal-player li dalwaqt se jkun free agent, Sergi Roberto.
Il-player versatili ta’ 30 sena fadallu inqas minn sitt xhur fil-ftehim eżistenti tiegħu fil-Camp Nou u kien marbut ma’ trasferiment ma’ Arsenal u Manchester City.
Il-coach tal-Blaugrana Xavi stqarr pubblikament ix-xewqa tiegħu li jżomm lil Roberto fil-club iżda rrikonoxxa wkoll li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Barcelona tkun fattur ewlieni fin-negozjati.
Issa, Barcelona minflok qed jipprijoritizzaw termini ġodda għall-players oħra, u t-taħditiet tal-kuntratt ma’ Roberto għalhekk tpoġġew sospiżi għalissa.
Huwa mifhum li Roberto ikollu jaċċetta tnaqqis fis-salarju jekk irid jibqa’ jilgħab fil-Katalunja, u Barcelona mistennija jinfurmaw lill-Ispanjol u lill-aġent tiegħu meta jkunu lesti jressqu offerta.
Roberto għamel biss 12-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun minħabba injury, skorja żewġ goals u pprovda assist fil-La Liga.