Jidher li Barcelona ħadu deċiżjoni dwar il-futur ta’ Marcus Rashford fost spekulazzjonijiet ta’ tensjoni ma’ Manchester United dwar il-miżata tat-trasferiment.
L-attakkant Ingliż jidher li daħal bla diffikultà fil-ħajja f’Camp Nou, wara li skorja darbtejn u ta żewġ assists fl-aħħar tliet logħbiet tiegħu, b’ħafna jemmnu li jista’ jsir figura ċentrali fil-proġett tal-Katalani.
Il-kowċ Hansi Flick iridu miegħu għal iktar żmien għax sostna li meta plejer jidħol fil-filosofija Katalana jkun diffiċli li jħalluh jitlaq kif ġieb u laħaq.