Sunday, December 22, 2024

Barcelona mhux se jkun jistgħu jiffirmaw players sas-sajf tal-2024

Aqra wkoll

Il-president tal-La Liga Javier Tebas hedded lil Barcelona li mhux se jkunu jistgħu jiffirmaw players fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf tal-2024 minħabba l-Financial Fair Play.

Tebas stqarr li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Barcelona twaqqafhom milli jkunu jistgħu jagħmlu akkwisti għall-15-il xahar li ġejjin

“Huwa prattikament impossibbli għal Barcelona li jiffirmaw players fit-tliet swieq tat-trasferimenti li ġejjin,” qal Tebas

“Se jkollhom jibdlu ħafna affarijiet, inkella l-club se jidħol fl-inkwiet.

“Barcelona ma tħallewx jiffirmaw players din ix-xitwa, u s-sajf li ġej mhux se jkunu jistgħu jiffirmaw ukoll,” temm jgħdi Tebas. 

Barra minn hekk, huwa tkellem ukoll dwar il-lievi ekonomiċi famużi: “Il-Katalani attivaw lievi fis-sajf għal 5% tad-dħul in ġenerali tagħhom. Iżda din tista’ tkun problema għal clubs oħra. Aġixxejna malajr. Ħadd ma jista’ jattiva dawn il-lievi.” 

Ekonomija

Sport