Saturday, October 26, 2024

Barcelona mistennija jidħlu f’taqtiegħa għal Nicolas Tagliafico

Aqra wkoll

Barcelona mistennija jidħlu f’taqtiegħa ma’ għadd ta’ clubs Ewropej oħra fosthom Brighton & Hove Albion u Nottingham Forest għall-firma tad-difensur xellugi ta’ Ajax, Nicolas Tagliafico.

Il-player ta’ 29 sena hu maħsub li jisnab lest għal sfida ġdida fil-karriera tiegħu u mistenni jħalli lill-ġganti Olandiżi dan is-sajf hekk kif fadallu biss 12-il xahar fil-kuntratt tiegħu mal-club minn Amsterdam.

Huwa mifhum li Barcelona reġgħu qajmu l-interess tagħhom fil-player internazzjonali Arġentin, li jista’ jkun disponibbli għal madwar €5 miljuni.

Sport