Sunday, October 27, 2024

Barcelona mistennija jiffirmaw lil Franck Kessie u Andreas Christensen

Aqra wkoll

Il-president ta’ Barcelona, Joan Laporta jidher, li kkonferma li l-club qabel ma’ ftehim biex jiffirmaw lil Franck Kessie u Andreas Christensen dan is-sajf.

Iż-żewġ players se jsiru free agents fi tmiem l-istaġun, b’Kessie jirrifjuta l-offerti ta’ kuntratt ta’ AC Milan u huwa rrappurtat li diġà lesta t-testijiet mediċi tiegħu ma’ Barcelona.

Sadanittant, il-ftehim ta’ Christensen ma’ Chelsea ma jistax jiġġedded filwaqt li hemm fis-seħħ sanzjonijiet fuq is-sid attwali Roman Abramovich, u Laporta għandu rapporti kollha ikkonfermati li dawn iż-żewġ palyers s ejkunu qed jingħaqdu mal-ġganti Katalani.

Christensen għamel 156 dehra ma’ Chelsea mill-2018 iżda beda biss 14-il logħba tal-Premier League f’dan l-istaġun, filwaqt li Kessie skorja ħames goals minn 23 partita tas-Serie A għar-Rossoneri li jisnabu fil-quċċata tal-klassifika fl-istaġun 2021-22.

Filwaqt li Kessie u Christensen jidhru fi triqithom lejn il-Katalunja, Laporta eskluda l-possibbiltà li Lionel Messi jirritorna mal-club mingħand Paris Saint-Germain fis-sajf li ġej.

Sport