Barcelona qed jesploraw il-possibbiltà li jċedu lill-midfielder Miralem Pjanic lil club Russu.
L-internazzjonali tal-Bosnja wasal fil-Camp Nou bħala parti minn ftehim ta’ tpartit ma’ Juventus li kien jinvolvi lil Arthur Melo, iżda l-pass ma rnexxiex għall-ebda parti.
Wara li beda biss sitt logħbiet tal-La Liga għall-Blaugrana fl-istaġun 2020-21 u ma rreġistrax goal wieħed, Pjanic kien mistenni jitlaq wara staġun wieħed biss fil-Katalunja.
Ritorn ma’ Juventus kien diskuss qabel ma għalqet it-tieqa tat-trasferimenti fl-Italja, u Barcelona għadhom qed ifittxu li jibagħtu lil Pjanic lejn kampjonat fejn għadhom jistgħu jsiru l-akkwisti.
Ir-Russja hija d-destinazzjoni favorite ta’ Pjanic u huwa aċċetta li jqatta’ sena barra mill-azzjoni jekk ma jkunx jista’ jitlaq mill-Camp Nou fiż-żmien li ġej.
Il-player ta’ 31 sena għadu ma lagħabx minuta fil-La Liga s’issa f’dan l-istaġun u jibqa’ taħt kuntratt ma’ Barcelona sal-2024.