Sunday, December 22, 2024

Barcelona se jiġu investigati għal tixħim

Aqra wkoll

Aktar aħbarijiet qed ikomplu joħorġu mill-każ Negreira, hekk kif Barcelona u l-aħħar tliet presidenti tagħhom qed jiġu nvestigati għal tixħim. Tal-aħħar hija li l-maġistrat tal-qorti li qed imexxi l-investigazzjoni, Joaquin Aguirre, jemmen li l-korruzzjoni fi ħdan ir-referees Spanjoli ma kinitx universali, iżda limitata għal grupp.

Il-każ s’issa twettaq b’mod pubbliku minkejja li hija investigazzjoni miftuħa tal-pulizija, b’numru kbir ta’ dokumenti tal-qorti jkunu ħarġu lill-pubbliku. El Espanol isostnu li kellhom aċċess għall-aħħar digriet ġudiz­zjarju biex joħorġu mill-każ, fejn Aguirre jissuspetta li kien grupp ta’ referees li kienu korrotti.

“Minn hawn jiġi mnaqqas ukoll li l-ħlasi­jiet ipproduċew l-effetti ta’ kontroll (tal-logħbiet) mixtieq minn Barcelona, b’tali mod li kellu jkun hemm inugwaljanza fit-trattament ma’ timijiet oħra u l-korruzzjoni sistemika konsegwenti fl-irrefjar Spanjol kollu kemm hu, li ma jfissirx li kull wieħed u waħda mir-referees kienu korrotti, iżda grupp minnhom kienu.”

Dan forsi jispjega l-fatt li numru ta’ referees ħalfu pubblikament u kienu ta’ vuċi fuq il-fatt li qatt ma kien hemm korruzzjoni. Wieħed ikun jikxef is-sigrieti f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistema tar-refereeing, dwar kif l-eks viċi-president tal-Kumitat tar-Referees, Jose Maria Enriquez Negreira, organizza dan iċ-ċirku.

Ekonomija

Sport