Friday, December 13, 2024

Barcelona se jistennew sa tmiem l-istaġun qabel jieħu deċiżjoni dwar il-futur ta’ Adama Traore

Aqra wkoll

Il-president ta’ Barcelona, Joan Laporta, qal li l-club se jistenna sa tmiem l-istaġun qabel jieħu deċiżjoni dwar il-futur ta’ Adama Traore.

Il-player internazzjonali ta’ Spanja rritorna fil-Camp Nou f’Jannar, u ngħaqad magħhom b’self mingħand Wolves għall-bqija tal-istaġun 2021-22.

Barcelona għandhom l-għażla li jagħmlu l-ftehim permanenti dan is-sajf bi ħlas ta’ madwar £25 miljun, u Laporta qal li l-klabb “jixtieq” li jżommu fi ħdanu.

Madankollu, il-president tal-club Katalan saħaq li l-player ta’ 26 sena se jasal biss bi ftehim permanenti jekk il-club ikollu finanzi stabbli sal-aħħar tal-istaġun.

“Nixtiequ li Adama Traore jibqa’ hawn, huwa possibbli – imma ninsabu f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. Naraw fl-aħħar tal-istaġun,” qal Laporta.

Traore kien player regolari għat-team immexxi minn Xavi sa mir-ritorn tiegħu, fejn għamel seba’ dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha, u pprovda erba’ assists fil-proċess.

Tottenham Hotspur kienu maħsuba li kienu ferm viċin li jiffirmaw lill-player Spanjol f’Jannar qabel ma Barcelona għamlu offerta biex iġibuh lura mal-club li kien ħalla qabel fl-2015.

Ekonomija

Sport