Saturday, December 21, 2024

Barcelona se jressqu l-proposta tal-kuntratt tagħhom lil Gavi “fil-jiem li ġejjin”

Aqra wkoll

Barcelona se jressqu l-proposta tal-kuntratt tagħhom lil Gavi “fil-jiem li ġejjin”, bil- Katalani jemmnu li hija biss “kwistjoni ta’ żmien” qabel ma jintlaħaq ftehim.

Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena, li matul ix-xahar li għadda sar l-iżgħar player li qatt lagħab ma’ Spanja, daħal fl-ewwel team ta’ Barcelona dan l-istaġun, u għamel 14-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Il-ftehim attwali ta’ Gavi fil-Camp Nou għandu jiskadi f’Ġunju tal-2023, u għadd ta’ clubs, fosthom Manchester United u Liverpool, kienu qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni.

Madankollu, Barcelona jinsabu kunfidenti li jilħqu ftehim mal-midfielder fuq kuntratt ġdid ta’ ħames snin.

Jidher li l-ftehim se jiġi diskuss “fil-jiem li ġejjin”, u l-ftehim propost se jinkludi żieda annwali fil-pagi għall-internazzjonali ta’ Spanja.

Gavi għamel 10 dehriet fil-La Liga ma’ Barcelona matul l-istaġun 2021-22, minbarra li deher fit-tliet logħbiet tagħhom taċ-Champions League kontra Bayern Munich, Benfica u Dynamo Kiev.

Ekonomija

Sport