Friday, December 13, 2024

Barcelona u Juventus jagħmlu offerti uffiċjali għal Pierre-Emerick Aubameyang

Aqra wkoll

Barcelona u Juventus għamlu offerti uffiċjali biex jiffirmaw b’self lill-attakkant ta’ Arsenal, Pierre-Emerick Aubameyang.

L-internazzjonali tal-Gabon tneħħa mill-iskwadra minn meta tneħħa minn captain tal-club ix-xahar li għadda u seta’ lagħab l-aħħar logħba tiegħu mal-Gunners.

Huwa ċaħad rapporti li jista’ jmur jilgħab fl-Arabja Sawdija u ġibed l-interess ta’ Marseille, Paris Saint-Germain u AC Milan.

Madankollu, Barca u Juventus żiedu l-insegwiment tagħhom lejn il-player ta’ 32 sena u ssottomettew offerti uffiċjali lil Arsenal għal ftehimiet ta’ self sa tmiem l-istaġun.

Arsenal għad iridu jwieġbu għal kwalunkwe proposta, iżda d-destinazzjoni li jmiss ta’ Aubameyang tista’ tiddependi fqu ius-sitwazzjoni ta’ Alvaro Morata wara nhar it-Tnejn li ġej.

Trasferiment ma’ Juventus ikun aktar probabbli jekk Morata marbut ma’ Barcelona jmur jilgħab fil-Camp Nou, filwaqt li Aubameyang jista’ jagħmel il-bidla għat-team ta’ Xavi jekk Morata jibqa’ Turin.

Aubameyang skorja biss erba’ goals minn 14-il logħba tal-Premier League dan l-istaġun u tħalla barra mill-vjaġġ ta’ nofs l-istaġun ta’ Arsenal f’Dubai.

Ekonomija

Sport