Barcelona u Paris Saint-Germain huma interessati li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Liverpool, Mohamed Salah, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Il-player ta’ 29 sena reġa’ kien f’forma mill-aqwa għall-club tiegħu minn Merseyside matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 28 goal u rreġistra 10 assists f’36 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Salah daħal fl-aħħar 18-il xahar tal-kuntratt tiegħu f’Anfield, madankollu, u huwa maħsub li ż-żewġ partijiet huma xi ftit ‘il bogħod minn xulxin rigward estensjoni possibbli.
Barcelona u PSG qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni tiegħu, biż-żewġ clubs lesti li jagħmlu offerti għalih matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Huwa mifhum li l-internazzjonali Eġizzjan, huwa stmat minn Liverpool fir-reġjun ta’ €100m minħabba s-sitwazzjoni tal-kuntratt tiegħu f’Anfield.
Madankollu, Barcelona ikunu lesti biss li jonfqu madwar €70m fuq l-attakkant, li qabel kien diġá esprima ruħu dwar ix-xewqa tiegħu li jilgħab fi Spanja qabel tmiem il-karriera tiegħu.
Salah skorja 153 goal u rreġistra 57 assist f’239 dehra għal Liverpool minn mindu ngħaqad mal-ġganti minn Merseyside mingħand Roma fis-sajf tal-2017.