Friday, November 15, 2024

Barcelona  u Real Madrid it-tnejn jitilfu fil-35 ġurnata

Aqra wkoll

Iż-żewġ ġganti ta’ La Liga, Barcelona u Real Madrid, it-tnejn ħarġu telliefa meta fi tmiem il-ġimgħa ntlagħbet il-35 ġurnata. Għal Barca din kienet l-ewwel telfa minn meta rebħu t-titlu hekk kif Real Sociedad żiedu t-tamiet tagħhom li jikkwalifikaw għaċ-Champions League.

Sociedad fetħu l-iskor minn Mikel Merino (5) meta kkonkluda mill-viċin. Imbagħad kien Alexander Sorloth (71) li rdoppja biex ta vantaġġ mistħoqq ta’ żewġ goals lill-viżitaturi

Għal Barca kien Robert Lewandowski (90) li naqqas id-distakk iżda ċ-champions ma setgħux isibu l-goal tad-draw.

Wara l-logħba tas-Sibt, Barca għollew it-trofew ta’ La Liga quddiem il-partitarji tagħhom wara l-partita ma’ Sociedad fin-Nou Camp.

Bir-rebħa, Sociedad fir-raba’ post, reġgħu rrestawraw id-distakk ta’ ħames punti fuq Villarreal li jinsabu l-ħames.

Goal ta’ Diego Lopez (33) kabbar iċ-ċansijiet ta’ Valencia li jsalvaw mir-relegazzjoni b’rebħa ta’ 1-0 fuq Real Madrid fil-Mestalla.

Vinicius Jr, li kellu l-aqwa ċans ta’ Real fil-logħba, tkeċċa għal kondotta vjolenti fil-ħin miżjud. Aktar qabel huwa kellu alterkazzjoni mal-partitarji avversarji li wżaw ir-razziżmu kontrih. Din hija l-ewwel darba li tkeċċa f’La Liga minħabba l-involviment tiegħu fi ġlieda bejn iż-żewġ settijiet ta’ players tard fil-partita.

Ekonomija

Sport