Wednesday, November 27, 2024

Barcelona viċin ftehim ma’ Andreas Christensen?

Aqra wkoll

Barcelona jinsabu qabel Bayern Munich fit-tellieqa biex jiffirmaw lid-difensur ċentrali ta’ Chelsea, Andreas Christensen, fi tmiem l-istaġun 2021-22.

Il-kuntratt tal-internazzjonali tad-Danimarka mal-Blues għandu jiskadi f’Ġunju, u rapport riċenti sostna li l-club minn Londra qed jistenna li jitilfu bi free transfer.

Barcelona u Bayern qed jitqiesu bħala ż-żewġ favoriti għad-difensur minkejja s-suġġerimenti li numru ta’ clubs oħra wkoll qed juru interess fis-servizzi tiegħu.

Madankollu, il-ġganti Katalani issa jinsabu favoriti għall-firma tiegħu, b’Bayern jitilfu t-tellieqa biex jakkwistaw lill-player ta’ 25 sena.

Id-Daniż għamel 26 dehra għal Chelsea matul l-istaġun 2021-22, skorja żewġ goals u rreġistra assist wieħed fil-proċess.

Christensen dan l-aħħar ma kienx disponibbli għall-għażla minħabba injury f’dahru u għall-fatt li ttestja pożittiv għall-COVID-19, iżda lagħab id-90 minuta sħaħ kontra Crystal Palace fil-Premier League fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Sport