Barcelona jinsabu viċin ftehim mal-midfielder ta’ Chelsea, N’Golo Kante, dwar trasferiment għall-Camp Nou bi free transfer fi tmiem l-istaġun 2022-23.
Il-kuntratt attwali tal-Franċiż mal-ġganti Katalani għandu jiskadi f’Ġunju li ġej, u mhux mistenni jiffirma kuntratt ġdid mat-team immexxi minn Graham Potter.
Kante għamel 262 dehra għal Chelsea minn meta ngħaqad magħhom mingħand Leicester City fis-sajf tal-2016, u rreġistra 13-il gowl u 15-il assist fil-proċess.