Basel li huma l-avversarji li jmiss ta’ Fiorentina fis-semi-finali tal-UEFA Europa Conference League, spiċċaw ħażin fil-konfront tagħhom tal-kampjonat Żvizzeru kontra FC Zurich, logħba li huma tilfuha bl-iskor ta’ 2-0.
F’din il-partita kien hemm xejn inqas minn erba’ tkeċċijiet b’Basel li saħanistra spiċċaw bi tmienja min-nies wara li Kasim Adams, Granit Xhaka u Wouter Burger intwerew il-karta l-ħamra mir-referee tal-partita. Min-naħa tagħhom, Zurich kellhom lil Mirlind Kryeziu li wkoll tkeċċa.
B’din it-telfa, Basel baqgħu bi 42 punt u jinsabu temporanjament barra miż-żona Ewropa.