It-team nazzjonali Malti tal-basketball kiseb it-tielet rebħa minn daqstant logħbiet fil-Kampjonat tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej meta fis-semi-finali għelbu lil Azerbaijan bl-iskor ta’ 59-52.
Is-sessjonijiet kienu dawn – 16-12, 12-15, 11-8, 20-17.
Bil-logħba tkun bilanċjata, kien fl-aħħar sessjoni li l-Maltin dawru r-rebħa favur tagħhom biex issa se jilagħbu fil-finali kontra r-rebbieħ bejn Armenja u Andorra.
L-iskorers tat-team Malti kienu: Samuel Deguara (18), Tevin Falzon (16), Nelson Kahler (14), David Bugeja u Nathan Xuereb (4) u Kurt-Joseph Xuereb (3).
Il-players kienu Miguel Brincat, Aaron Falzon, Alec Felice Pace, Matthew Scerri u Jack Zammit.