Monday, November 11, 2024

Basketball: Riddle, Whilby u Cassar jirbħu l-unuri għal Jannar

Aqra wkoll

Malik Riddle ta’ Athleta rebaħ it-tieni premju individwali tiegħu billi ġie vvutat BOV Plejer tal-Basketball tax-Xahar għal Jannar 2024 wara li rebaħ l-istess unur f’Novembru li għadda. Il-guard Amerikan, li għandu l-ikbar numru ta’ steals fil-kampjonat BOV Basketball tal-Ewwel Diviżjoni bi 3.15 steal kull partita kif ukoll il-plejer l sofra l-aktar  fouls b’7.67 kull logħba kellu medja ta’ 28.33 punti kull logħba b’total ta’ 85 punt fi 3 logħbiet matul Jannar b’medja ta’ 60% mit-tiri ta’ żewġ punti.

Lindsey Whilby ta’ Hibernians rebħet il-premju għall-Kampjonat tan-nisa. Il-guard ta’ 5’11 ingħaqdet ma’ Hibernians fil-bidu tal-istaġun minn Kennesaw State University fl-NCAA. Whilby kien l-aqwa skorer tal-kampjonat f’Jannar b’151 punt f’6 logħbiet (25.17ppg) b’medja ta’ 73% mil-linja tal-free-throw, 53% mill-court u 35% mid-distanza. Il-medja tagħha ta’ 11.36 rebound u 2.45 kull logħba kienet tinkludi wkoll medja ta’ 6.17 fouls fuqha kull logħba.

Neil Cassar ta’ Mosta rebaħ il-premju għall-BOV Amateur League fejn kien l-aqwa skorer tal-kampjonat matul Jannar b’144 punt minn 5 logħbiet (28.8ppg) b’medja għolja ta’ 70% mill-linja tal-free throw u wkoll kellu 37 foul fuqu f’5 logħbiet.

Ernest Agius, Chief Operations Officer fil-Bank of Valletta ppreżenta lir-rebbieħa trofew kommemorattiv għall-kisbiet tagħhom. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur fit-tul tal-Malta Basketball Association, possibbilment waħda mill-itwal relazzjonijiet ta’ sponsorizzazzjoni tal-Bank f’din li hija l-50 sena ta’ operat tal-Bank of Valletta.

Sport