Il-bastiment bl-isem ta’ Xelo, li kien qed jġorr fjuwil mill-Eġittu lejn Malta għereq ‘il barra mill-kosta tat-Tuneżija. Il-bastiment kien qed iġorr madwar 750 tunnellata ta’ dijżil.
Il-bastiment kien fi triqtu lejn Malta meta beda jidħollu l-ilma madwar seba’ Kilometri bogħod mill-gulf ta’ Gabes fit-Tuneżija. L-awtoritajiet Tuneżin evakwaw lill-ekwipaġġ ta’ seba’ min-nies mill-bastiment.