“Jiena nisma’ ħafna u nispera li dak l-aġġettiv li għadha kemm użat l-onorevoli Cutajar m’użatux għalija għax użat il-kelma qaħba hawn ġew u għadni kemm smajta”, sostniet d-deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg fil-Parlament waqt seduta parlamentari.
Buttigieg kompliet tgħid li hija għarukaża li l-Kamra “niżlet fil-ħama” u ripetutament qalet li hija “għarukaża” li d-deputata Laburista kellha l-opportunità tiċħad u ma għamlitx dan.
B’reazzjoni għal dan, Rosianne Cutajar qalet li “Tal-Oppożizzjoni ossessjoni għandhom bija, illum waħda ġdida. L-ironija taf x’inhi? Jien ilni niġi mgħajra 10 snin sħaħ b’kull xorta ta’ aġġettiv, bil-barka tal-PN, bla ma ħadd jiddefendini. Cutajar tkompli li dan “it-teatrin” Buttigieg diġà għamlitu fil-passat fil-konfront ta’ kollega tagħha.