Friday, November 15, 2024

Battibekk bejn l-UE u r-Russja fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU

Aqra wkoll

L-ambaxxatur tar-Russja għan-Nazzjonijiet Uniti ħareġ il-barra mil-laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU wara li l-President tal-Kunsill Ewropew tefa’ l-ħtija fuq l-invażjoni tar-Russja tal-Ukrajna għall-kriżi globali tal-ikel.

Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà fi New York, il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel qal li r-Russja hija unikament responsabbli għal din il-kriżi tal-ikel u kienet qed tuża l-provvisti tal-ikel bħala “missili” kontra d-dinja li qed tiżviluppa, u ġġiegħel lin-nies ikompli jgħoddsu fil-faqar. 

Min-naħa tiegħu, l-ambaxxatur Russu Vassily Nebenzia akkuża lil Charles Michel li qed ixerred il-gideb. 

Il-gwerra fl-Ukrajna ħalliet miljuni ta’ tunnellati ta’ qamħ mwaħħla fil-portijiet Ukreni partikularment fil-port ta’ Odesa minħabba l-imblokk navali infurzat mir-Russja.

L-Ukrajna hija esportatur ewlieni taż-żejt tat-tisjir kif ukoll taċ-ċereali bħall-qamħirrum u l-qamħ. Ir-Russja tesporta wkoll ammonti kbar ta’ qmuħ kif ukoll fertilizzant. In-nuqqas ta’ dawn l-esportazzjonijiet wassal biex il-prezzijiet jisplodu il-fuq.

Il-konsegwenzi drammatiċi tal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna qed jinfirxu madwar id-dinja, u dan qed iżid il-prezzijiet tal-ikel, jimbotta lin-nies fil-faqar, u jiddestabilizza reġjuni sħaħ.

Ekonomija

Sport