Friday, November 15, 2024

Battibekk bejn Simon Mercieca u d-Deputat Jason Azzopardi

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, żvolġa battibekk bejn l-opinjonista Dr Simon Mercieca u d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Dan wara li Simon Merċieċa staqsa jekk id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi hux id-deputat li kien semma id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield bħala dak id-deputat li  juża l-faċilitajiet tal-lukanda ta’ Yorgen Fenech.

Immedjatament wara li nkiteb dan l-avukat Edward DeBono f’isem Jason Azzopardi kiteb lil Simon Merċieċa.

Hu qallu li “nagħmel riferenza għall-post li inti tellajt fuq il-wall tiegħek ta’ Facebook u ninfurmak li qed jiktiblek għan-nom ta’ Dr. Jason Azzopardi li jirrespinġi l-allegazzjonijiet malafamenti tiegħek bħala infondati u fid-dritt stante illi huwa ma rifisx f’lukanda ta’ Yorgen Fenech wara Novembru tas-sena 2018 jiġifieri minn meta ħarġet l-aħbar li Yorgen Fenech hu s-sid ta’ 17 Black u għalhekk l-allegazzjonijiet tiegħek huma qarrieqa, inkorretti u huma biss intiżi biex jikkawżaw ħsara lil Dr. Jason Azzopardi”.

Intqal ukoll li “barra min hekk Dr Azzopardi jinformak li hu qatt ma ltaqa’ jew ikkomunika ma’ Yorgen Fenech u qatt ma rċieva messaġġi diretti jew indiretti mingħand Yorgen Fenech.  Għaldaqstnat  jinterpellak biex immedjatament tneħħi l-post li inti għamilt fuq il-wall tiegħek ta’ Facebook u fin-nuqqas li inti tagħmel dan jew ittella’ din ir-risposta fl-intier tagħha fuq il-wall tiegħek, hu jirriserva li jmexxi kontra tiegħek ċivilment għad-danni, stante illi l-post tiegħek  hi intiża biex tagħmillu l-ħsara meta hu ben magħruf illi hu wieħed mill-konsulenti legali u politiċi li qed jagħmlu l-almu tagħhom biex issir ġustizzja wara l-assisnju ta’ Daphne Caruana Galizia u biex f’pajjiżna s-saltna tad-dritt tirrenja fl-interess tad-demokrazija”.

Din il-kontroversja qamet wara li “x-xahar li għadda l-Whip tal-gvern Glenn Bedingfield għamel numru ta’ mistoqsijiet fil-Parlament dwar rabtiet li kellhom deputati Nazzjonalisti man-negozjant Yorgen Fenech.

Fosthom staqsa min hu d-deputat Nazzjonalista li sa ftit ta’ taż-żmien ilu kien imur jittallab lil Yorgen Fenech biex jagħtih kamra fil-lukanda lussuża tal-Hilton u kienu jorganizzaw festini għand in-negozjant.

L-Erbgħa filgħodu fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook. Dr Mercieca staqsa jekk dan id-deputati kienx Jason Azzopardi, xi ħaġa li Jason Azzopardi ċaħad kompletament.

Wara l-istess Simon Mercieca reġa’ għamel mistoqsija oħra dwar Jason Azzopardi. Staqsa jekk allegatament  Jason Azzopardi qattx ħa xi rigali mingħand kumpanija ta’ Yorgen Fenech biex jiffinanzja parti mill-kampanja elettorali tiegħu.

Ekonomija

Sport