Friday, November 15, 2024

Battibekk fil-Parlament dwar in-numru ta’ nies qiegħda

Aqra wkoll

Wara li aktar kmieni llum l-Uffiċċju tal-Istatistika ppubblika l-informazzjoni dwar in-numru ta’ nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Ġunju li għadda, id-Deputat Nazzjonalista Robet Cutajar, fil-Parlament staqsa għaliex domanda li saret dwar kemm intilfu impjiegi fl-aħħar erba’ xhur baqgħet ma tweġbitx. Cutajar irrimarka li “kif mhux kapaċi tgħidu kemm fl-aħħar erba’ xhur tagħtu informazzjoni dwar kemm intilfu impjiegi?  Ma nistax tifhem kif qed taħrab din id-domanda.”

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici wieġbu li “ġibt l-informazzjoni u din tgħid li kellna tnaqqis ta’ 139 persuna li naqsu jirreġistraw dan ix-xahar meta mqabblin max-xahar ta’ qabel. Kellna tnaqqis ta’ 3%. Ara din ma togħġbux, fl-ammont ta’ nies jirreġistraw dan ix-xahar meta mqabbel max-xahar ta’ qabel. Dawn juru l-għaqal tal-gvern u mhux ta’ b’xejn li l-aġenziji ta’ kreditu jagħmlu rapporti pożittivi fuqna.”

Ekonomija

Sport