Eddie Hall, magħruf bħala “The Beast”, se jtella’ serje televiżiva ġdida Battle of the Beasts f’kollaborazzjoni ma’ Camelot Media.
Eddie Hall kiseb fama internazzjonali meta fl-2017 rebaħ it-titlu tal-aktar raġel b’saħħtu fid-dinja. Huwa kien kiser ir-rekord meta refa’ deadlift ta’ 500kg.
Il-produzzjoni internazzjonali, li se tinġibed f’Malta mix-xahar li ġej, tgħaqqad il-kompetizzjoni sportiva mad-divertiment. Eddie Hall se jippreżenta din is-serje flimkien ma’ għadd ta’ personalitajiet oħra.
Battle of the Beasts se tiġbor 10 parteċipanti minn madwar id-dinja. Dawn jinkludu lil Rayndol Nel, Tom Stoltman, Mitchell Hooper, Gavin Bilton, Evan Singleton, Terry Hollands, Paddy Haynes, Mark Felix u Trey Mitchell.
L-isfidi huma instensivi u se jkejlu l-limiti tas-saħħa tal-parteċipanti. L-għaxar parteċipanti minn madwar id-dinja se jiffaċċjaw lil xulxin fi sfidi intensivi, li jkejlu l-limiti tas-saħħa fiżika tagħhom. Matul l-isfidi, l-udjenza ħa tara minn l-iktar mill-parteċipanti hu reżiljenti, aġli u jiflaħ jibqa’ jissielet sal-aħħar. Flimkien ma’ sfidi sportivi, fosthom sumo wrestling, se jkun hemm sfidi wkoll marbuta mal-ikel.
Il-filming ta’ Battle of the Beasts se jsir quddiem l-udjenza u se jixxandar fis-sajf 2026. Dan ir-reality show sportiv għandu l-appoġġ ta’ VisitMalta.