B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi serji wara li bawżer inqaleb f’Ħal Luqa.
Kien għall-ħabta tas-12:45 p.m xħin il-Pulizija rċeviet rapport li kien hemm vettura kienet inqalbet fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident.
Fuq il-post marru wkoll uffiċjali minn Transport Malta biex jidderiġu t-traffiku minħabba li l-bawżer kien qiegħed jostakola waħda mill-karreġġjati.