Monday, July 21, 2025

‘Baxxu raskom u aħdmu, emmnu fikom infuskom u ma taqtgħu qalbhom qatt’ – Jacob Carabott

Aqra wkoll

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Bdejt nilgħab il-futbol meta kelli erba’ snin meta bdejt mal-Melita FC u ilni nilgħab għal dawn l-aħħar 17-il sena, u għadni għaddej sal-lum.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Pembroke Athleta FC.

Ilni tmien snin ma’ Pembroke u kelli ħafna mumenti pożittivi u negattivi, fejn irbaħt kampjonat, ġejt relegat u salvajna darbtejn f’żewġ deciders.

X’tikkummenta fuq l-andament ta’ Pembroke Athleta FC matul l-istaġun li għadda fin-National Amateur League 1?

Naħseb li bħala staġun, is-sena l-ohra kellna ħafna mumenti diffiċli peró ovvjament iġġilidna sal-aħħar biex salvajna u bqajna fejn ħaqqna

Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li ġej bħala tim?

Nemmen li ssaħħaħna f’kull dipartiment u bħala livell għandna biex nikkompetu sew u nkunu f’pożizzjoni aħjar minn tas-sena l-oħra.

X’tikkummenta fuq il-kowċ, Jeffrey Mifsud?

Nirringrazja lill-kowċ Jeffrey Mifsud tal-opportunitajiet li tani f’dawn l-aħħar sentejn, u talli jemmen fija biex inkun fil-proġett u bidla li qed issir fil- klabb.

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għall-istaġun li ġej?

Bħalma għidt qabel, hemm plejers podda li saħħew lit-tim u plejers li ilhom mal-klabb li dejjem taw sehemhom, u nemmen li hemm taħlita tajba u skwadra b’saħħitha għall-istaġun li ġej.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Nemmen li jekk naħdem, nisma’ minn min għandu iktar esperjenza u nitgħallem minn kull sessjoni u taħriġ u logħob, għandi futur stabbli u ta’ ottimiżmu quddiemi!

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-messaġġ tieghi lit-tfal u ż-żgħażagħ jekk iridu jirnexxu biex jilagħbu jew ikollhom karriera fil-futbol huwa li jbaxxu rashom u jaħdmu, jemmnu fihom nfushom u ma jaqtgħu qalbhom qatt!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport