Skont diversi gazzetti Ġermaniżi, il-kowċ ta’ Bayer Leverkusen Xabi Alonso se jħalli liċ-champions Ġermaniżi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Il-kowċ Bask ilu jiġi mfittex minn diversi timijiet iżda b’xi mod it-tim minn Leverkusen żamm sod u aċċerta ruħu li dan l-istaġun imexxi lill-klabb.
Sadanittant, id-diriġenti tal-klabb qed isegwu żewġ kowċis li mistennija jkunu l-kandidati biex jieħdulu postu fejn fost l-oħrajn hemm Sebastian Hoeness ta’ Stuttgart u Sandro Wagner, l-assistent kowċ tat-tim nazzjonali Ġermaniż.